🔗 ⚙️

Ingressus Finis from Pjanetaċidju by Saħħar

Tracklist
3.Ingressus Finis4:35
Lyrics

Ilħaqt il-barkiet li tagħna il-mulej
u li xi darba jibħatilna il-fedden
biex isalvalna ruħna min-nisel tal-ħażen
u nimxu lejn triq ta’ ġid w’grazzja divina

Iżda il-bniedem esa ir-rigali tal-ħallieq
sab li jista jwarrabhom minn ħajtu
Għażel idoli us statwi ġodda
U għażel li jagħmel ritwali koroh u kefrin

Bid-demm ta’ ħafna
Bis-saħħa ta’ ġensna
Kasbarna lilna nfusna
U ftaħna it-triq għat-telfien
għamilna bl-għerf li rabbejna

Telfien!
Passi ta’ ġgant
Quċċati
Ilħaqna u qbiżna
L-ereżijiet
Li ħlaqna minn moħħna
Makni bla ruħ
u Soċjeta bla-qalb

Meta fid-dwejjaq tagħna dorna għal-xulxin
qtilna il-ġirien tagħna b’armi tal-waħx
meta rajna li-m’għandniex fejn induru
rajna li neqirdu il-kulħadd bid dinja b’kollox.

Għollejna l-art, b’sinjal ta’ paċi
Wiegħdna ir-risq fuq id-demm ta’ min mhux ħati
Ma ħallejna l-ebda ħjiel ta ħajja
Hemm min miet u min tilef ruħu

Il-mewt bil-minġel dahħkitilna.
Mexxiet nisel sħiħ taħt l-art
Il-ħazen tal-bniedem kien bla tard
Lanqas fin-nirien ma urew indiema...

Twelidna għall-qerda tagħha
Ftaħna il-bieb tat-tmiem
aħna l-iżball tal-ħallieq
u qridnilu din il-ġhawra.

Credits
from Pjanetaċidju, released August 31, 2016
LicenseAll rights reserved.
Tags
Recommendations